Il-perlini w prinjolata,
għal matul il-karnival,
għax dawn huma jiem ta’ briju,
kemm għall-kbar w għalina t-tfal.
Hemm min jilbes ta’ xi buffu,
hemm min jilbes ta’ pirat,
ejj’ ilkoll inċapċpu w nidħku,
ħadd m’għandu jkun irrabjat!
Mel’ evviva l-maskerati
u evviva l-ħmerijiet!
Ejj’ ningħaqdu lkoll mal-folol,
ħa naraw il-karrijiet.
Viva, viva l-karnival!
Viva, viva l-karnival!